dijous, de març 31, 2005

il diavolo non è così brutto come lo si dipinge

test miktub f'Malta. naqra skadut issa imma xorta jfuh.

i.

Qieghed Malta bhalissa u ridt inizjalment nikteb xi haga ghax kont sorpriz kif Mark, Toni & co qeghdin pjuttost kwieti dwar l-affari.


Malta qieghed niehu hafna pjacir u nhobbu l-post. Sewwa smajtu. Jekk qed tistennew balla kattiverji jew lista ta' l-affarijiet li qed idejquni - biss ejja nkunu cari; jien gejt b'aspettattivi tant baxxi li anke l-Botswana seta' jilhaqhom.

Li tlaqt minn Malta immaturatni. Inhossni iktar komdu mieghi nnifsi u ma' min jien, sirt socjevoli hafna (kwazi estrovert x'hin jidhol il-vino), sirt iktar kalm. Malta kienet dejjem dik it-tfajla li twikkejt biha u ma stajt nehles minnha b'xejn li kellha xebgha karaterristici irritanti u antipatici. Wara li tinfirdu biz-zmien tghaddi f'diversi stadji: l-ewwel hi ma tkunx trid tara dik il-persuna b'nemes (iva, iva issa nibqghu hbieb...), wara tipprova tevita jekk jista' jkun u tkompli hekk sakemm jekk taraha fuq in-naha l-ohra tat-triq taqsam biex tkellimha u tibda tirrakuntalek u terga' tara l-karatteristici negattivi hergin - biss din id-darba mhux qed jiffrustrawk, jirrabjawk u jirritawk imma qed titbissem u kwazi tiggustahom - kemm hi helwa Malta, tant iffakkjata, tant imhawda u kemm saret iktar straight u intolleranti (u hxienet!). Kuntent li m'ghandix ghalfejn nohrog jew nghix maghha imma kafe ghand Cordina niehdu maghha. Fi kliem iehor sirt tant Belgjan li rnexxieli nsir Malti.

ii.

Hassejtni tajjeb hafna waqt il-party li gie organizzat mill-eccellenza skapiljata tieghu is-Sur Alex (fejn kien hemm gabra ta' nies li jdoqqu f'gruppi, jintefghu fuq il-forum ta' Scaremongering u eks-tennisti mil-U.R.S.S. Insomma, le, tennisti forsi le) li gie organizzat fil-Hunters Palace (blokk tal-marija madonna appostolika - sofistikat... lanqas tiftah il-grada m'hemm ghalfejn ghax awtomatika u l-parapett ma jispicca qatt - tisthajlek qieghed Santa Monica!).

Kont tajjeb hafna kull fejn kont u ma' kull min iltqajt in generali waqt is-soggorn tieghi f'Malta. Hadd ma pprova jissindika jew ixewwex jew b'xi mod iehor idejjaqli l-bajd. Kulhadd kien dispost jiltaqa' mieghi. Nibghat SMS hekk forsi dak li jkun irid jiltaqa' u nircievi telefonata li disposti li jitilqu kollox u anke siegha ohra jiltaqghu mieghi.

Hawwadtni Malta tieghi. L-ewwel taghtini bis-sieq u tghajjarni u f'mumenti ohra tghamilli xi rigal mhux mistenni bhal dan...

iii.

Mort il-purcissjoni ta' kristu rxoxxt f'Hal Qormi u wara kien hemm ikla ghand ir-Razzett l-Antik mal-kunjata ecc, ecc, ecc. Tajjeb kien, biss minhabba l-kostumi u x'naf jien kien naqra stil Disneyland kieku din kienet ipprogettata minn Gawdenz li kien ibigh il-halib tal-moghza wara l-knisja ta' San Bastjan.


U hawn jien id-dar... attakat min hoss li niftakar sew meta kont nghix mal-genituri: zewg TVs full-on (vera qed javvicinaw il-pensjoni x-xjuh imma donnhom ghandhom predilenza biex isiru xjuh li joqoghdu jghidu "eh hi x'ghedt" wara kull haga li tghid. Kif tikkompeti ma' lehen Becky jew Karl Stagno-Navarro meta dawn ikunu qed ihangru b'volum ta' 3000 decibels?) u nkompli nirrealiza li Malta mhux post taz-zobb biex tghix - biss jaf ikun estremament boring. U iva zgur ser jaqbez xi hadd u juruni kif u ghaliex mhux boring imma skuzawni ma nistax naghtikom ragun - f'belt kbira zgur hemm iktar x'taghmel, iktar fejn tmur, nies ma' min tintegra (ma nhossnix komdu fl-irhula jien) barra minn hekk hemm feeling ta' konvivjalita' li qatt ma tonqos mir-rispett u ma tirfisx fejn m'ghandhiex tirfes u hemm hafna elementi prattici (ex 1, 2, 3) li wiehed irid iqis ukoll.

Biex tkun kuntent f'Malta inhoss li ma tistax "tintegra" daqstant facilment ma' l-elementi kollha ta' madwarek imma trid tibni nicca ghalik (arti, films, muzika, kitba, hsieb, ecc), tidhol fiha u ma tohrog kwazi qatt hlief biex iggib ispirazzjoni jew "ghodda" sabiex tkompli tahdem fuq li kont qed taghmel fin-nicca. M'inix komdu nghix f'nicca jew illuzjoni kostanti ghalissa. Trid titfa' rasek taht ir-ramel jew iddahhal subghajk f'widnejk u tghajjat "tajjeb! tajjeb! tajjeb! tajjeb!" f'intervalli regolari u tibblokka r-realtajiet negattivi kollha minn hajtek. Haga li tirrikjedi sforz mentali u spiritwali enormi - sforz li, onestament, tista' tuza ghal xi haga ferm iktar kostruttiva minn hekk.

dimecres, de març 30, 2005

hajku katodiku

gejt "ispirat" mit-TV f'Malta. Waqt li kien hemm stazzjonijiet li xtaqt inkebbibhom u nohodhom id-dar mieghi u naghmlilhom bejta zghira ghalihom tant inhobbhom (notevolment Video3. Anzi... Video3 biss) kien hemm orajn li tawni spunt biex naghmel hajku dwarhom. Essenzjalment ma zammejtx mal-format tal-hajku klassiku u ghalkemm forsi mhux ezattament il-mijter u d-daqqa ezatta ta' Gunji Nagata nghidilkhom li veru ma kkonformajtx u veru m'ghandix il-bravura ta' kwart ta' bezqa tas-Sensei Nagata imma:

ejja tkunux pedantici
ghax hemm ohrajn minfloki x'taqra
blogs maltin dejjem ifaqqsu



God Channel / EWTN
zewg stazzjonijiet
dwar Alla jippriedkaw minn Tennessee
ghal Mary fil-Qrendi

Smash TV
telebejgh, ghajjat, imgienen
kieku l-pixels sfukati u l-flus jintnu
ikollhom riha ta' Smash

TVM
dipartiment tal-gvern
ta' l-informazzjoni ufficjali, ta' l-awdjoviziv ufficjali
hadulhom in-nescafe u l-paga

Super1 / Net TV
Bonaci u Montesin f'orga
ta' bejgh u programmi politici, nixtieq li fuqhom
nuza x-shelltox

Italia 7
Xejn dicenti, qalleb
Biss qabel tqalleb ftakar fl-infanzja bil-mohbi
tara Colpo Grosso

Antenna Sicilia
xi darba
kien artist serju Schifano izda llum
fuq il-Monti jinbiegh

Canale 5 / Italia 1 / Rete 4
Rete 4 casalinghe, Italia 1 lads
Canale 5 hemm Costanzo l-ohxon tajjeb
izda meta ser jirtira

dissabte, de març 26, 2005

corriere della serqa

Tafu li t-tant mahbubin AirMalta waqfu jsqassmu l-gazzetti fuq l-ajruplan? Cost cutting exercise jghidu ir-rapprezentanti tal-linja ta' l-ajru. Porkerija u hnizrija denja tal-Jolly Bacon tal-Mosta nghid jien.

Tajba din; biex nigi Malta jien inhallas daqs kemm hallset habiba tieghi biex marret Toronto minn Brussel u huma jnehhuli l-gost li naqra l-Malta Today ("Malta taz-zobb u kull ma hawn fiha taz-zobb"), it-Times ("esteemed reader our English has not evolved from Strickland's era and our articles are as interesting as watching a tabby piss. In slow motion. We apologise for this inconvenience"), L-Indipendent ("uhhhh...") u jekk trid turi lill-Ewrokrati Maltin fuq l-ajruplan mieghek x'int itlob ghan-Nazzjon jew l-Orrizont.

Cost cutting orrajt imma xorta hemm wisq staff fuq l-ajruplan... purser, li tqassam id-drinks u l-ikel u 4 ohra li ma kontx naf x'kienu qed jghamlu imma mil-movimenti taghhom nassumi li almenu tnejn minnhom huma plejer tac-cess u ghalliema tal-volleyball.

Gazzetta tiswa 20c jew inqas - jien hallast kwazi 300 Ewro ghal biljett. Kemm il-Qaddisa Marija ta' Katalunja intom qammiela?

Qieghed Malta bhalissa u daqt ser nikteb kelmtejn dwar il-post u x'qed inhoss hawn - min qieghed jistenna post mimlija hdura u tgergir ser ikun dizappuntat...

dimarts, de març 22, 2005

on y va

malta jumejn ohra

  • gebel u trab,
  • sinjali tat-traffiku bl-Ingliz,
  • persuni li naf u ohrajn li ma tantx naf,
  • il-71 tohodni Birkirkara ghand ommi u missieri mhux Delta,
  • it-timpana tal-maxims (kif ukoll l-insinja safra u sewda ta' dan l-istess hanut),
  • il-flats tal-gvern li qed jinbnew iktar 'il fuq mid-dar tal-genituri tieghi,
  • il-gazzetti bl-Ingliz miktuba fi stil Ingliz tal-50/60ijiet u b'tipa tat-80ijiet,
  • tghid Mai Dire Gol ghadhom juruh?,
  • irrid nipprova nidher ftit tough meta naghti l-flus lix-xufiera tal-linja u ma ndoqqx il-qanpiena minn wisq qabel,
  • id-dar tieghi l-belt,
  • il-hbieb,
  • ricotta salata minghand it-Tower Supermarket,
  • ser norqod ghand il-genituri (is-sodda iebsa).

izda

  • irrid nibqa' b'mohhi miftuh,
  • ma rridx niggudika l-Malta wisq jew niftahar zejjed b'li ghandi fi Brussel (niftakru li ghalkemm il-Maltin jaqlghulha l-hara l-Malta huma touchy hafna meta barrani jitkellem b'mod neggattiv dwar il-post. Jien ili nieqes iktar minn sentejn... hemm min jikkunsidrani barrani digà?),
  • ma rrid inwegga' lil hadd,
  • mhux kulhadd daqshekk interessat f'hajti u ta' min nirrispeta dan il-fatt,
  • m'hemmx lezzjonijiet ta' l-Olandiz (u m'hemmx Olandiz u m'hemmx Franciz infatti),
  • hemm Prim Ministru li qatt ma ghext taht ir-regim tieghu.

barra minn hekk

  • ser nipprova niehu pjacir,
  • ser nimxi passiggati twal mal-breakwater tal-Belt,
  • imma ma jirnexxilix ma nkunx stressjat.

....u ghalfejn sejjer ezattament?

diumenge, de març 20, 2005

il-kurat mhux ingrat

Il-blogs (jew "bloggs") Maltin qeghdin dejjem jizdiedu qishom fniek fil-kwartier tad-dwal homor f'Amsterdam.

U billi qeghdin fi zmien l-ghid u fniek u x'naf jien grazzi ghal kull min qal affarijiet sbieh fuq il-blog tieghi (partikolarment Mark) u bhala speci ta' ringrazzjament naqra tal-qamel qieghed nippublika l-feed tieghi. Tistghu (jekk tridu) taqbdu din il-feed u tippublikawha lock, stock and barrel fis-sezzjoni tal-links fuq il-blog taghkom, jew teditjawha, ecc.

Jekk hemm xi blogs tajbin ta' min izidhom ghiduli bihom...

dissabte, de març 19, 2005

insajru ma' nancy, nieklu ma' epikurju

Le Tibet, Ixelles (Bxl)
Qabel ma nibdew nghidilkom li jien konxju hafna tal-problemi li qeghdin ibatu t-Tibetani grazzi ghall-umanità liema bhala tac-Cinizi, jigifieri bil-qalb nonfoq il-flus hawn. Barra minn hekk jien l-ikel Tibetan hu l-ikel etniku favorit tieghi (mort iktar minn ristorant wiehed Tibetan u qatt ma hrigt deluz). Bhala ikel speci ta' tahlita ta' ikel Ciniz u ikel Indo-Pakistani. U tajjeb daqs kemm jinstema' li hu infatti.
Furthermore:
  1. Question Form ma tezistix bit-Tibetan? Kull darba li nsaqsi xi haga lill-wejter (u li bi sfortuna kbira kellu livell ta' Franciz li donnu wasal minn Lhasa siegha u nofs ilu) hu jiehu l-ordni... le le... mistoqsija Chali kienet dik ta.
  2. Ghandhom kitba sabiha hafna... qisu stil Indjan imma iktar ippuntati
  3. Ikel - eccellenti, muzika - eccellenti
  4. Attenti! Porzjon ghal persuna wahda hu bizzejjed biex tissodisfa skorpacjata ta' Obelix u 746 mill-hbieb tal-qalb tieghu. Kif il-madonna huma daqshekk zghar dawn in-nies! X'jaghmlu bih l-ikel li jieklu?

Giovanni, Schaerbeek (Bxl)
Tafu titkellmu 'u Sicilianu? Wara stennija ta' 4 minuti ghall-kannoli ta' l-irkotta friski (x'cuc hu Rubino!), zeppoli, pizza tal-patata u l-brungiel, arancini u delizji varji (fosthom pastizzi "tal-helu" bl-icing sugar biex tghaxxaq) issiru tafuh daqs in-nannu ta' Totò Riina tinkwetawx. Jekk timmissjaw il-Bel Paese ejjew hawn u impossibbli tinnota li m'intix qieghed f'Via Nazionale f'Palermo imma fuq ix-Chaussée de Louvain/Leuvensesteenweg


't Wit Maddameke Fritkot/Barraque à Frites, Schaerbeek (Bxl)

O Sinjura Bajda,
bi bjudija arjana
li fik daqs karovana

donnok qatt ma smajt Ghaziza Witte Vrouw,
fil-barakka tieghek maghmula mit-2 ply
bil-frasi "don't get high on your own supply"

Izda Dear Madame Blanche
Jien u l-mitraillette/frites andalous nistenna
bil-varjeta f'din il-kapanna nithenna
biss gieli ittini problema ta' lingwa
madonna m'hix hafifa l-idjoma Fjamminga!

ie, Fritkot ta' Place Dailly

(PS Qed taqbizli mal-blogspot. Qatt ma kelli daqshekk problemi ta' HTML mal-LiveJournal)

spiccalu l-formaldehyde

Kont qieghed naqra How the Dead Live ta' Will Self - ktieb makabru, tad-dahq u originali mimli cinicizmu negattiv Ingliz u acidità komika - u b'nuqqas ftit irritanti (imma li toghgobni xorta wahda) ta' struttura konkreta.

Insomma jien nibda hafna kotba f'daqqa u min hu l-ahjar eventwalment nispiccah. Min hu tal-qamel niddejjaq fin-nofs u jispacca jdur mad-dar qishu ruh fil-purgatorju.

Dan il-ktieb ghandu qoxra tal-famuza The Physical Impossibility of Death in the Mind of Someone Living tas-Sur Hirst. Damien taghna ghandu xoww il-Gagosian, gallery li ma toghgobni xejn f'New York. Il-Gagosian u l-galleries tal-pezza tieghu ma joghgbunix ghax huma post ta' kummerc biss mhux kummerc u arti. Jien wisq attratt lejn postijiet zghar u artist-run spaces.

Hirst kien qieghed jikkummenta fuq l-affarijiet li ghamel (m'ghadux qieghed izabbab bil-formaldehyde u jissega l-animali imma qieghed jiehu cuttings mill-gazzetti u jqabbad l-istudenti ipittru dak li jsib) u jiftahar kif ma jaghmel bazikament xejn u hemm skoprejt li:
  • Damien Hirst mhux antipatku daqs kemm kont nahsbu
  • Il-gibda ta' Damien Hirst hi mhux tant l-arti jew il-mod kandidu ta' kif jitkellem dwar il-fatt li ma jaghmel xejn ghal miljuni ta' Sterlini, u x-xokk mhux l-annimali ssegati, imma li jirnexxielu jqajjem dibattitu (minn fejn jibda l-arist u fejn jibdew l-assistenti, il-flus u l-arti mutwali) fuq affarijiet li smajna qabel imma b'certi differenzi u li l-arti tieghu m'ghandha assolutament xejn x'taqsam ma' l-arti imma l-flus biss - il-missjoni tieghu hu li jkun "the world's most expensive living artist" mhux "...best...". L-arti lanqas hi afterthought, u f'dan iz-zmien ta' reality show wara l-iehor u nies li huma famous for being famous l-arti ta' Hirst hija bicca arti koncettwali brillanti/disgustanti.

Il-flus u l-kult tal-personalità. Affarijiet li l-Ingilterra taf u thobb. God save the queen.

dimecres, de març 16, 2005

it-torri martini

Gurnata nkredibbli llum. 24 G.C.

Sa ftit zmien ilu kien hawn is-silg/borra/? hawn.

Gurnata li hlief pjacir li tkun haj u positività ma ttikx. Gurnata biex tiftakar kemm hi sabiha u hajja l-belt taghna. U fuq nota daqshekk "Bruxelles nous appartient!" ejja naghtu ftit ta' storja dwar il-bini li gej u li sejjer u r-relazzjoni taghna il-Bruxellois (ghax jekk irrid naghzel bejn in-nondescript term expat u Bruxellois naghzel li niddefinixxi ruhi bhala Bruxellois) ma' l-istrutturi tal-konkrit ta' madwarna.

"Bruxelles est un paradoxe: un chaos plastique, visuel, esthétique par défaut, multi-culturel et multi-architectural, collage urbain riche et unique, sale et laid, beau et anarchique, né d'un certain activisme politico-immobilier...

Faut-il une politique urbaine, allant plus loin que les règlements urbanistiques tâtillons et passéistes actuels, pour cultiver le charme paradoxal d'une ville mal lèchée et en supprimer les dérives?

Longtemps, la Tour Martini a paru bâtie on the rocks. Mais à l'heure ou la banquise fond, les glaçons sont enrhumés et Martini est devenue la tour martyre de la politique urbaine de françois Xavier De Donnéa, ex-maire (bourgmestre) de Bruxelles, qui, bien avant Ben Laden, a rêvé de raboter les tours de Bruxelles. La tour Martini est un exemple parfait d'abruxellation: à force d'être là, sa laideur a fini par plaire, et la haine s'est transformée
en amour-deuil."


Yves Bernard et Alain Geronnez, Nov.2001



diumenge, de març 13, 2005

ic-curkett tan-nala jipposedih u jitkellem ghalih

inhossni hamallu llum.

fejn noqghod kien hawn wiehed ohxon b'harsa ta' salesman korott, jaqra id-Dernière Heure u jpejjep fil-gallarija li m'ghadux joqghod hawn. Id-dar ghal bejh. Jekk hemm xi tfajla grazzjuza ta' madwar 22 sena (kif jghid il-famuz tejp ta' "Dun Victor Grech") li ghanda averzjoni lejn il-hwejjeg u fobia mill-purtieri din gentilment mitluba iccempel lin-Notaire LeMaire fuq 02/512.23.31

death by boredom? nisperaw li le

Fadal 10 ijiem biex immur malta. Ili nieqes kwazi sena imma mhux qieghed nistenna xi hafna tibdil ghax m'inix daqshekk fidil.

divendres, de març 11, 2005

l-eroj lokali ihanxru ghonq id-Dulli

Ray Buttigieg tafu bih? Lanqas jien ma kont naf bih imma niftakar li kien biddel il-mod ta' kif inhares lejn FM Bronja. Ghalija FM Bronja kien id-dominju ta' pensjonanti jisimhom Hubert u Stanley (jew ismijiet ohrajn li gew ma' l-ewwel migja ta' l-Ark Royal) f'San Giljan li ma kellhom xejn ahjar x'jaghmlu.

Dak iz-zmien kieku smajt li il ministro con le bretelle iddecieda li jaghlqu kont ninkwieta daqs kemm kont ninkwieta meta kont zghir kieku ghalqu il-muzew ta' hdejja. Kien maghruf li FM Bronja ma kienx idoqq diski bil-bajd. Imma dak inhar kellu iktar bajd mill-froga li jaghmlu kull sena qabel is-sajf fi Spanja. Kien certu DJ jismu Silvio Camilleri li ddecieda li fl-10 ta' filghodu meta dawk ix-xjuh li qatghu qalbhom li jqumu fil-5 ikunu qeghdin jilbsu d-dentatura u jaghmlu lista tal-komplennts ghal dak il-jum dan l-imbierek idoqqilhom naqra Gordon Mumma, Karlheinz Stockhausen, John Cage u nies ohra. Klikk klikk id-dentatura bir-rabja u persuna ohra fuq il-lista ta' komplennts.

Fost dawn kien hemm tip jismu Ray Buttigieg... mhux biss il-kunjom intrigani imma l-fatt li fiz-zmien meta kont qieghed inkisser il-playpen u l-interess tieghi fiz-zejza kien qieghed imajna u dak fil-bottle jizdied (l-ewwel pass lejn l-indipendenza?) dan kien qieghed New York jipprovdi storja kulturali ghall-muzika ta' pajjizu. 1978 u s-sur Buttigieg kien diga qieghed jaghmel hafna storbju bizzarr fuq il-keyboards (li dak iz-zmien kienu ghaljin u rari daqs tank tal-gass illum f'Malta). Nafu bih? Hemm xi kopja tal-muzika tieghu f'xi arkivju? Ovvja li le. Il-muzika kienet ispirata minn Klaus Schulze u kuncetti ftit wisq New Agey ghalija imma x'ala ghajni? Fl-ahhar sibt tip li kien verament eroj lokali ghalija. Xi hadd li jekk mhux fuq l-istess wavelength almenu kien fuq l-istess sintonija. Kiteb ukoll xi kotba dan... fosthom Ir-Rubaiyat bil-Malti.

Ghalhekk qieghed nahdem fuq arkivju ta' muzika esperimentali jew b'xi mod differenti - zgur li hemm muzika tajba li saret qabel. Biss kull generazzjoni ma tafx bl-isforzi li saru qabel allura terga' tirrepeti dawn l-isforzi. Ejja nghidu li kull daqqa ta' kultura, kull bicca arti, muzika jew sforz li jmur 'l hinn min-normal huwa dent fuq pjanca. U ejja, biex naghmlu blanket statement nghidu li din il-pjanca hi l-ispirtu kollettiv Malti - in-negattiv: il-biza tal-bidla, in-negattività, il-kattiverja, l-ippremjar ta' standard of living gholi kontra quality of life gholja (ejja tkunux pedantici... ghedtilkhom li blanket statement) u kull generazzjoni taghmel hafna dents zghar. Din il-generazzjoni tixba ma tasal imkien u titlaq minn Malta jew inkella tizzewweg, tirriproduci, taghmel it-tfal u tifartas. U taqta' qalbha.. u b'hekk titfacca pjanca gdida ta' medjokrita kbira daqs bonnet ta' Trans Am (imma minflok ajkla fuq il-bonnet hemm wicc id-Dulli biex tfakrek kontra x'medjokrita qieghed tiggieled), u l-generazzjoni taghmel xi dents u tisparixxi.

Jien wiehed minn dawk li xbajt u tlaqt. Viljakk. Allura l-minimu li nista' naghmel hu li nibda xi tip ta' arkivju fuq Archive.org. Kull min tafu li kien qieghed izabbab bil-keyboards u muzika elettronika jew out-rock jew inkella li kien jahseb li hu xi membru tal-Fluxus fis-60/70ijiet jew gruppi ta' llum qeghdin jaghmlu muzika tal-mohh u tal-qalb u mhux tal-widna ghijdulu jibghatli CD-R. Ha naraw x'jigri jekk tispara xebgha pelletts antiki fuq bonnet ta' Trans Am gdida....

(PS Id-Dulli tifel sew ta...)